Friday 25 May 2007

L-Irvell kontra l-Francizi u l-Wasla ta' l-Inglizi.

http://schoolnet.gov.mt/history/Form3/Francizi/Francizi.htm

Il-Francizi waslu Malta fit-13 ta' Gunju 1798. 3 xhur wara rvellaw kontra l-Francizi.
Ghaliex gara dan?

  • Il-Maltin kienu jipproducu l-qoton biex minnu jsir id-drapp. Bosta kienu jiqalghu l-ghixien taghhom mill-qoton. Dan il-kummerc spicca mal-wasla tal-Francizi.
  • F'Awwissu tal-1798 il-flotta franciza tilfet kontra Nelson(l-ammirall tal-flotta Ngliza) fl-Egittu (Aboukir) Xi maltin tilfu qrabathom li marru mal-flotta Franciza.
  • Il-Francizi bieghu il-fidded tal-katidral u knejjes ohra fl-Imdina. Ghal Maltin kien skandlu li tisraq mill-knisja.
  • In-nisa tas-suldati li marru ma' Napuljun fl-Egittu baqghu ma thalsux.
  • Minhabba ligijiet godda fil-kerha,bosta spiccaw bla dar.
  • Il-Maltin tilfu l-flus li kellhom fil-''Bank" Il-flus imfaddla saru projeta tal-Gvern Franciz billi l-''Bank ''(Massa Frumentarja) kien projeta ta' l-Ordni.
  • Meta tkeccew il-Kavallieri dawn kellhom id-dejn ma' xi Maltin. dan qatt ma thallas.
  • Fost il-Maltin kien hemm skuntentizza kbira.
  • L-irvell beda fit-2 u 3 ta' Settembru 1798. F'qasir zmien il-Maltin hadu l-Imdina u l-kampanja (l-irhula) taht idejhom.
  • Il-Francizi ssakru wara swar tal-Belt, il-Kottonera (Bormla, l-Isla u l-Birgu) , il-forti Manwel u Tigne. Dan jissejjah "l-Imblokk tal-Francizi."
  • Iz-zewg nahat sofrew guh u ghaks kbir waqt l-Imblokk. Xwieni Nglizi nblokkaw il-Port il-Kbir biex ma jidholx ikel ghall-Francizi. Il-Francizi bdew ikeccu lill-Maltin mill-ibliet biex l-ikel mahzun iservi. Tkecca wkoll M.A. Vassalli.Kien arrestat ghax meqjus favur il-Francizi.
  • Kien hemm zewg pajjizi li ghenu l-Maltin. Ir-Re Ferdinandu IV (4) ta' Sqallija li bat armi u munizzjon lill-Maltin. L-Ingilterra blokkaw il-Port il-Kbir bil-bastimenti taghhom. L-Ingilterra kienet l-ikbar ghadu ta' Franza. Kemm Sqallija u l-Ingilterra ghenu bi skop li jihdu lil Malta.

IL-MEXXEJA TAL-MALTIN KIENU:

Il-kap tal-Maltin kien Manwel Vitale. Bhala mexxejja kien hemm Censu Borg imlaqqam Brared,

l-qassis kanonku Frangisk Saver Caruana (wara sar Isqof ta' Malta fi zmien l-Inglizi), f'Ghawdex mexxa l-irvell Dun Saver Cassar. Il-qassisin kienu l-mexxejja tal-Maltin sa minn zmien l-Ordni.

Xi Maltin fil-Belt provaw jikkonfoffaw kontra l-Francizi u b'hekk jidhlu l-Maltin u jkeccu l-Francizi. Il-mexxej kien DUN MIKIEL XERRI. 43 malti kienu xkubettjati mill-Francizi fosthom dun Mikiel Xerri. u Lorenzi.

IL-WASLA TA' L-INGLIZI

  • Il-Maltin waqqfu gvern provizorju (ghal ftit zmien) fl-Imdina. Kull rahal kellu numru ta' suldati (battaljun). Talbu l-ghajnuna ta' Sqallija u l-Ingilterra.
  • Nelson l-ammiral Ingliz bat flotta fil-Port il-Kbir taht il-kaptan Alexander Ball. Alexander Ball kellu fiducja fil-Maltin. Alexander Ball inhatar President tal-kunsill tal-Maltin.
  • Il-Francizi l-ewwel cedew Ghawdex ghax spiccalhom l-ikel.
  • Il-general Ingliz Pigot wasal Malta b'1500 suldat Ingliz. F'Settembru ta'1800 l-Francizi cedew fil-Belt u l-Kottonera ghax spiccalhom l-ikel minhabba l-Imblokk. Il-Francizi cedew izda l-ftehim sar bejn il-Francizi u l-Inglizi biss. IL-MALTIN THALLEW BARRA MILL-FTEHIM. Malta saret kolonja ta' l-Ingilterra mill-1800 sa l-Indipendenza 1964.

Il-BIDU TAL-HAKMA KOLONJALI NGLIZA.

  • Fuq xewqa tal-Maltin, fl-1799, il-gzejjer Maltin tpoggew taht il-protezzjoni tar-Re ta' l-Ingilterra. Vaubois il-general Franciz ceda meta spicca l-ikel u ghajnuna ma kinitx se tasal minn Franza. Ghalhekk Malta saret parti mill-Imperu Ngliz ghax riedu hekk il-mexxejja Maltin mhux ghax L-Inglizi okkupaw dawn il-gzejjer. Il-Maltin stennew trattament ahjar minn ghand l-Inglizi.
  • Izda l-Inglizi lill-Maltin ma tawhom l-ebda seta'. Kollox kien f'idejn l-Inglizi. Kull decizjoni kienet tittiehed mill-Kummissarju Civili Ngliz.
  • Il-gwerra fl-Ewropa bejn Napuljun u l-qawwiet Ewropej immexxija mill-Ingilterra kellha waqfa qasira fl-1803. suppost li l-Ingilterra ghaddiet lil Malta lura f'idejn il-Kavallieri skond it-trattat ta' Amiens. L-Ingilterra qatt ma kellha l-hsieb li taghmel dan.
  • L-Iglizi dahqu wkoll b'Ferdinandu ghax suppost li meta l-Kavallieri telqu minn Malta, din kellha terga lura lejn Sqallija. Ghalhekk bat l-armi Ferdinandu. Dan l-Inglizi ma ghamluhx.
  • Fl-1813 Malta saret ufficcjalment kolonja Ngliza u l-ewwel Gvernatur kien Sir Thomas Maitland.