Monday 21 May 2007

Ir-Revoluzzjoni Franciza 1789

  • Il-waqgha tal-Bastilja.Ir-revoluzjonarji Francizi nehhew il-Bastija, habs tar-re Franciz li fih kien jitfa dawk kollha li kienu kontrih.
  • Il-gemghat hadu l-Parigi taht idejhom u arrestaw lir-Re LwigiXVI(16) u lil martu Marie Antoinette li kienet Awstrijaka.
  • Harget id-Dikjarazzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem : Liberta, Ugwaljanza,Fraternita kelma wahda kulhadd indaqs quddiem il-ligi m'hemmx iktar Nobbli u nies privileggjati.
  • Ir-Re u r-Regina spiccaw maqtula bil-giljottina. Franza saret Republika.
  • Franza dahlet f'sensiela ta' gwerrer minhabba li r-renjani Ewropej fosthom l-Awstrija, r-Russja u l-Ingilterra raw theddida serja fi Franza.
  • Tfacca Napuljun li rebah parti kbira mill-Ewropa.

Ghaliex grat ir-Revoluzzjoni Franciza?

  • Is-socjeta Franciza kienet maqsuma fi 3.
  • In-Nobbli: Nies li jitwieldu sinjuri u kellhom hafna artijiet u flus. Kellhom bosta privileggi fosthom li ma jhallsux taxxi anzi kienu huma li jigbru taxxi horox minn fuq il-bdiewa li jghixu fuq l-art tan-Nobbli.
  • Il-Kleru : Il-qassisin u kjerici ma kinux ihallsu taxxa. L-isqfijiet kellhom hafna artijiet bhan-Nobbli.
  • Il-Bourgeoisie: Kienu nies tan-negozju xi kultant sinjuri izda mhux ta' nisel Nobbli allura riedu jhallsu hafna taxxi. Il-Bdiewa kienu stmati l-aghar. Ihallsu t-taxxi kollha u anke obbligati jghamlu xoghol b'xejn ghal sidhom.

Ir-Re kellu setgha assoluta

Ir-re setgha jaghmel li jrid. Lwigi XVI kien dghajjef u jisma biss milli jghidulu n-nobbli. Marie Antoinette kienet halja meta Franza kien hemm guh kbir. Il-gvern kien fallut minhabba hafna gwerrer li gieled Lwigi XIV u l-palazzi li bena fosthom Versaille. Ir-re Lwigi XVI prova jahrab lejn l-Awsrija izda nqabad hu u l-famija tieghu. Kien hemm il-biza' li l-Awstrija tatakka lil Franza. Ghalhekk il-Francizi qiesu r-Re bhala traditur u qatlu lir-Re u r-Regina.

Rousseau kien wiehed mill-Filosofi (nies tal-hsieb) li bl-idejat taghhom permess tal-kitba qajmu r-Revoluzzjoni Franciza. Dawn kienu nfluwenzati hafna mir-Revoluzzjoni Amerikana. L-Amerika kienet kolonja Ngliza u l-Amerikani rvellaw ghaliex riedu l-Indipendenza. Hawn twieldet l-ideja li kulhadd hu ndaqs u m'ghandux ikun hemm peferenzi. Jissemmew ukoll ghall-ewwel darba d-Drittijiet tal-Bniedem.

Ir-Revoluzzjoni Franciza kienet anti-klerikali li tfisser li tehoda kontra l-Knisja. Kemm il-Filosofi kif ukoll il-politikanti Revoluzzjonarji kienu kontra l-Knisja. Xi qassisin spiccaw inqatlu.

L-effetti tar-Revoluzzjoni Franciza:

Wara r-Revoluzzjoni t-taxxi bdew jingabru minn fuq kulhadd. Il-privileggi tan-Nobbli spiccaw, anke minn dawk l-artijiet fl-Ewropa mirbuha minn Napuljun. dahlet l-ideja li r-religjon ma tindahax f'affarijiet ta' l-Istat. Il-Knisja fi Franza tilfet l-artijiet kollha. L-Edukazzjoni saret possibli ghal hafna nies mhux ghal ftit Nobbli. Il-Kavallieri tilfu l-artijiet li kellhom fi Franza ghalhekk tilfu parti kbira mid-dhul tal-Gvern. Xi Kavalliei Francizi b'mod sigriet bdew jaqblu mar-Revoluzzjoni Franciza. Ghalhekk bdew jikkonfoffaw biex Malta tghaddi taht Franza. Xi Maltin bhal Mikiel Anton Vassalli kienu favur il-Francizi ghalhekk spiccaw eziljat fi zmien l-Ordni. Hu rega gie lura mal-wasla ta' Napuljun f'Malta fl-1798. Ir-Revoluzzjoni Franciza kwazi gabet fit-tmiem il-hakma ta' l-Ordni f'Malta ghax dan tilef id-dhul mill-artijiet li kellu fi Franza.