Friday 25 May 2007

L-Irvell kontra l-Francizi u l-Wasla ta' l-Inglizi.

http://schoolnet.gov.mt/history/Form3/Francizi/Francizi.htm

Il-Francizi waslu Malta fit-13 ta' Gunju 1798. 3 xhur wara rvellaw kontra l-Francizi.
Ghaliex gara dan?

  • Il-Maltin kienu jipproducu l-qoton biex minnu jsir id-drapp. Bosta kienu jiqalghu l-ghixien taghhom mill-qoton. Dan il-kummerc spicca mal-wasla tal-Francizi.
  • F'Awwissu tal-1798 il-flotta franciza tilfet kontra Nelson(l-ammirall tal-flotta Ngliza) fl-Egittu (Aboukir) Xi maltin tilfu qrabathom li marru mal-flotta Franciza.
  • Il-Francizi bieghu il-fidded tal-katidral u knejjes ohra fl-Imdina. Ghal Maltin kien skandlu li tisraq mill-knisja.
  • In-nisa tas-suldati li marru ma' Napuljun fl-Egittu baqghu ma thalsux.
  • Minhabba ligijiet godda fil-kerha,bosta spiccaw bla dar.
  • Il-Maltin tilfu l-flus li kellhom fil-''Bank" Il-flus imfaddla saru projeta tal-Gvern Franciz billi l-''Bank ''(Massa Frumentarja) kien projeta ta' l-Ordni.
  • Meta tkeccew il-Kavallieri dawn kellhom id-dejn ma' xi Maltin. dan qatt ma thallas.
  • Fost il-Maltin kien hemm skuntentizza kbira.
  • L-irvell beda fit-2 u 3 ta' Settembru 1798. F'qasir zmien il-Maltin hadu l-Imdina u l-kampanja (l-irhula) taht idejhom.
  • Il-Francizi ssakru wara swar tal-Belt, il-Kottonera (Bormla, l-Isla u l-Birgu) , il-forti Manwel u Tigne. Dan jissejjah "l-Imblokk tal-Francizi."
  • Iz-zewg nahat sofrew guh u ghaks kbir waqt l-Imblokk. Xwieni Nglizi nblokkaw il-Port il-Kbir biex ma jidholx ikel ghall-Francizi. Il-Francizi bdew ikeccu lill-Maltin mill-ibliet biex l-ikel mahzun iservi. Tkecca wkoll M.A. Vassalli.Kien arrestat ghax meqjus favur il-Francizi.
  • Kien hemm zewg pajjizi li ghenu l-Maltin. Ir-Re Ferdinandu IV (4) ta' Sqallija li bat armi u munizzjon lill-Maltin. L-Ingilterra blokkaw il-Port il-Kbir bil-bastimenti taghhom. L-Ingilterra kienet l-ikbar ghadu ta' Franza. Kemm Sqallija u l-Ingilterra ghenu bi skop li jihdu lil Malta.

IL-MEXXEJA TAL-MALTIN KIENU:

Il-kap tal-Maltin kien Manwel Vitale. Bhala mexxejja kien hemm Censu Borg imlaqqam Brared,

l-qassis kanonku Frangisk Saver Caruana (wara sar Isqof ta' Malta fi zmien l-Inglizi), f'Ghawdex mexxa l-irvell Dun Saver Cassar. Il-qassisin kienu l-mexxejja tal-Maltin sa minn zmien l-Ordni.

Xi Maltin fil-Belt provaw jikkonfoffaw kontra l-Francizi u b'hekk jidhlu l-Maltin u jkeccu l-Francizi. Il-mexxej kien DUN MIKIEL XERRI. 43 malti kienu xkubettjati mill-Francizi fosthom dun Mikiel Xerri. u Lorenzi.

IL-WASLA TA' L-INGLIZI

  • Il-Maltin waqqfu gvern provizorju (ghal ftit zmien) fl-Imdina. Kull rahal kellu numru ta' suldati (battaljun). Talbu l-ghajnuna ta' Sqallija u l-Ingilterra.
  • Nelson l-ammiral Ingliz bat flotta fil-Port il-Kbir taht il-kaptan Alexander Ball. Alexander Ball kellu fiducja fil-Maltin. Alexander Ball inhatar President tal-kunsill tal-Maltin.
  • Il-Francizi l-ewwel cedew Ghawdex ghax spiccalhom l-ikel.
  • Il-general Ingliz Pigot wasal Malta b'1500 suldat Ingliz. F'Settembru ta'1800 l-Francizi cedew fil-Belt u l-Kottonera ghax spiccalhom l-ikel minhabba l-Imblokk. Il-Francizi cedew izda l-ftehim sar bejn il-Francizi u l-Inglizi biss. IL-MALTIN THALLEW BARRA MILL-FTEHIM. Malta saret kolonja ta' l-Ingilterra mill-1800 sa l-Indipendenza 1964.

Il-BIDU TAL-HAKMA KOLONJALI NGLIZA.

  • Fuq xewqa tal-Maltin, fl-1799, il-gzejjer Maltin tpoggew taht il-protezzjoni tar-Re ta' l-Ingilterra. Vaubois il-general Franciz ceda meta spicca l-ikel u ghajnuna ma kinitx se tasal minn Franza. Ghalhekk Malta saret parti mill-Imperu Ngliz ghax riedu hekk il-mexxejja Maltin mhux ghax L-Inglizi okkupaw dawn il-gzejjer. Il-Maltin stennew trattament ahjar minn ghand l-Inglizi.
  • Izda l-Inglizi lill-Maltin ma tawhom l-ebda seta'. Kollox kien f'idejn l-Inglizi. Kull decizjoni kienet tittiehed mill-Kummissarju Civili Ngliz.
  • Il-gwerra fl-Ewropa bejn Napuljun u l-qawwiet Ewropej immexxija mill-Ingilterra kellha waqfa qasira fl-1803. suppost li l-Ingilterra ghaddiet lil Malta lura f'idejn il-Kavallieri skond it-trattat ta' Amiens. L-Ingilterra qatt ma kellha l-hsieb li taghmel dan.
  • L-Iglizi dahqu wkoll b'Ferdinandu ghax suppost li meta l-Kavallieri telqu minn Malta, din kellha terga lura lejn Sqallija. Ghalhekk bat l-armi Ferdinandu. Dan l-Inglizi ma ghamluhx.
  • Fl-1813 Malta saret ufficcjalment kolonja Ngliza u l-ewwel Gvernatur kien Sir Thomas Maitland.

Tibdil u Riformi-it-tmexxija tal-Francizi

Noti:

  • Napuljun dam 6 ijiem Malta li fihom ghadda bosta riformi.
  • Hatar kummisjoni ta' 9 minn nies biex jghinu fit-tmexxija(ghall-ewwel darba kien hemm il-MALTIN)
  • Il-gzejjer Maltin inqasmu fi 12 -il Municipju.
  • Il-gid kollu ta' l-Ordni sar propjeta tal-hakkiema Francizi. Napuljun qabel telaq ghabba bosta deheb u fidded fuq il-Bastiment tieghu l-Orient.
  • Fost ir-riformi ta' Napuljun insibu:
  • Fl-Edukazzjoni; kellhom jitwaqqfu 15-il skola primarja, 60 tifel ntaghzlu biex imorru jistudjaw Franza.
  • Napuljun kecca hafna qassisin barranin , spiccat l-Inkwizizzjoni, naqqas is-setgha ta' l-Isqof, San Gwann (li kien propjeta tal-Kavallieri) sar tal-gvern Franciz. Dawn serqu bosta deheb u fided tal-Kavallieri.
  • Napuljun ordna li tintlibes il-kukkarda (bhala badge bil-kuluri tal-bandiera Franciza, simbolu tar-Revoluzzjoni Franciza).
  • L-ilsiera Torok inhelsu u nbidlu ma' lsiera Maltin fl-Afrika. B'hekk l-ilsiera maltin inhelsu.
  • Quddiem il-ligi kulhadd kien indaqs(mhux bil-preferenzi bhal zmien l-Ordni)
  • Tnehhew larmi tal-Granmastri mnaqqxa fil-gebel.
  • Il-Buonavoglie(qaddiefa nhelsu).
  • Dawn ir-riformi dehru sbieh izda dahhalhom wisq bl-ghagla u maghhom dahhal taxxi godda li l-Maltin xejn ma hadu gost bihom.

http://schoolnet.gov.mt/history/Form3/Francizi/RewwixtaMaltin(Quiz).htm

Monday 21 May 2007

Il-Francizi f'Malta

http://schoolnet.gov.mt/history/Form3/Francizi/Francizi.htm


  1. Il-Kavallieri tkeccew minn Malta mill-armata Franciza taht it-tmexxija tal-general famuz (Napuljun,Wignacourt).
  2. L-ahhar Granmastru kien Ferdinandu von (De Rohan, Hompesch, Garzes). Kien l-uniku Granmastru Germaniz.
  3. Meta l-Francizi waslu Malta bosta Kavallieri zammew ma' (Napuljun, l-Granmastru). Il-Francizi weghdu l-Liberta, Fraternita u Ugwaljanza.
  4. Franza kienet taf li xi Kavallieri riedu li Kzar (tar-Russja, ta' l-Awstrija) isir il-Granmastru.Dawn kienu ghedewwa ta' Franza.
  5. L-iskuza li Napuljun gab biex invada lil Malta kien li kellu bzonn (il-qamh, l-imbid,l-ilma) ghall-flotta li kienet sejra (l-Egittu, l-Awstralja).
  6. Napuljun ghamel bosta riformi fis-sitt ijiem li dam Malta. Hu halla warajh lill-general (Vendomme, Vaubois) biex imexxi.
  7. Il-Francizi nehhew l-Inkwizitur u bosta armi tal-Granmastri (tnehhew, izzanznu) minn fuq bini pubbliku fil-Belt u l-Imdina. Il-Francizi nehhew in-Nobilta. Kulhadd kien indaqs.
  8. Dan gara fis-sena (1798, 1789, 1800).
  9. Il-Granmastru ffirma l-kapitolazzjoni (li ceda kontra l-Francizi fuq il-bastiment Franciz (l-Original, l-Orient).
  10. Napuljun intlaqa mill-Maltin (bil-banda, bit-tisfir ta' dizapprovazzjoni).
  11. Id-difiza ta' Malta kontra l-Francizi kienet disorganizzata ghall-ahhar u kienet fdata f'idejn il-Kavallieri (Taljani, Francizi, Inglizi).
  12. il-Francizi qasmu lil Malta fi (12,10 ,15) -il Municipalita.
  13. Il-propjeta tal-Kavallieri f'Malta ghaddiet f'idejn ir-Repubblika(Franciza, l-Maltija).
  14. Fost ir-riformi li ghamel Napuljun kien fl-(impjiegi,Edukazzjoni ) ghax it-tfal kollha kellhom imorru l-iskola primarja.
  15. Madanakollu t-truppi Francizi bdew jisirqu (mill-kaxxa ta'Malta,mill-kunventi, ) Dan xejn ma ghogobx lill-Maltin.

Twegibiet: Napuljun, Hompesch, Napuljun,tar-Russja, Vaubois, tnehhew,1798,l-Orient, banda, Francizi,12, Franciza, fl-Edukazzjoni,kunventi.

Ir-Revoluzzjoni Franciza 1789

  • Il-waqgha tal-Bastilja.Ir-revoluzjonarji Francizi nehhew il-Bastija, habs tar-re Franciz li fih kien jitfa dawk kollha li kienu kontrih.
  • Il-gemghat hadu l-Parigi taht idejhom u arrestaw lir-Re LwigiXVI(16) u lil martu Marie Antoinette li kienet Awstrijaka.
  • Harget id-Dikjarazzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem : Liberta, Ugwaljanza,Fraternita kelma wahda kulhadd indaqs quddiem il-ligi m'hemmx iktar Nobbli u nies privileggjati.
  • Ir-Re u r-Regina spiccaw maqtula bil-giljottina. Franza saret Republika.
  • Franza dahlet f'sensiela ta' gwerrer minhabba li r-renjani Ewropej fosthom l-Awstrija, r-Russja u l-Ingilterra raw theddida serja fi Franza.
  • Tfacca Napuljun li rebah parti kbira mill-Ewropa.

Ghaliex grat ir-Revoluzzjoni Franciza?

  • Is-socjeta Franciza kienet maqsuma fi 3.
  • In-Nobbli: Nies li jitwieldu sinjuri u kellhom hafna artijiet u flus. Kellhom bosta privileggi fosthom li ma jhallsux taxxi anzi kienu huma li jigbru taxxi horox minn fuq il-bdiewa li jghixu fuq l-art tan-Nobbli.
  • Il-Kleru : Il-qassisin u kjerici ma kinux ihallsu taxxa. L-isqfijiet kellhom hafna artijiet bhan-Nobbli.
  • Il-Bourgeoisie: Kienu nies tan-negozju xi kultant sinjuri izda mhux ta' nisel Nobbli allura riedu jhallsu hafna taxxi. Il-Bdiewa kienu stmati l-aghar. Ihallsu t-taxxi kollha u anke obbligati jghamlu xoghol b'xejn ghal sidhom.

Ir-Re kellu setgha assoluta

Ir-re setgha jaghmel li jrid. Lwigi XVI kien dghajjef u jisma biss milli jghidulu n-nobbli. Marie Antoinette kienet halja meta Franza kien hemm guh kbir. Il-gvern kien fallut minhabba hafna gwerrer li gieled Lwigi XIV u l-palazzi li bena fosthom Versaille. Ir-re Lwigi XVI prova jahrab lejn l-Awsrija izda nqabad hu u l-famija tieghu. Kien hemm il-biza' li l-Awstrija tatakka lil Franza. Ghalhekk il-Francizi qiesu r-Re bhala traditur u qatlu lir-Re u r-Regina.

Rousseau kien wiehed mill-Filosofi (nies tal-hsieb) li bl-idejat taghhom permess tal-kitba qajmu r-Revoluzzjoni Franciza. Dawn kienu nfluwenzati hafna mir-Revoluzzjoni Amerikana. L-Amerika kienet kolonja Ngliza u l-Amerikani rvellaw ghaliex riedu l-Indipendenza. Hawn twieldet l-ideja li kulhadd hu ndaqs u m'ghandux ikun hemm peferenzi. Jissemmew ukoll ghall-ewwel darba d-Drittijiet tal-Bniedem.

Ir-Revoluzzjoni Franciza kienet anti-klerikali li tfisser li tehoda kontra l-Knisja. Kemm il-Filosofi kif ukoll il-politikanti Revoluzzjonarji kienu kontra l-Knisja. Xi qassisin spiccaw inqatlu.

L-effetti tar-Revoluzzjoni Franciza:

Wara r-Revoluzzjoni t-taxxi bdew jingabru minn fuq kulhadd. Il-privileggi tan-Nobbli spiccaw, anke minn dawk l-artijiet fl-Ewropa mirbuha minn Napuljun. dahlet l-ideja li r-religjon ma tindahax f'affarijiet ta' l-Istat. Il-Knisja fi Franza tilfet l-artijiet kollha. L-Edukazzjoni saret possibli ghal hafna nies mhux ghal ftit Nobbli. Il-Kavallieri tilfu l-artijiet li kellhom fi Franza ghalhekk tilfu parti kbira mid-dhul tal-Gvern. Xi Kavalliei Francizi b'mod sigriet bdew jaqblu mar-Revoluzzjoni Franciza. Ghalhekk bdew jikkonfoffaw biex Malta tghaddi taht Franza. Xi Maltin bhal Mikiel Anton Vassalli kienu favur il-Francizi ghalhekk spiccaw eziljat fi zmien l-Ordni. Hu rega gie lura mal-wasla ta' Napuljun f'Malta fl-1798. Ir-Revoluzzjoni Franciza kwazi gabet fit-tmiem il-hakma ta' l-Ordni f'Malta ghax dan tilef id-dhul mill-artijiet li kellu fi Franza.

Saturday 19 May 2007

L-Inkwizizzjoni

http://schoolnet.gov.mt/history/Form3/Inkwizizzjoni/Inkwizizzjoni.htm

  1. Il-palazz ta' l-Inkwizitur jinsab (il-Birgu, Bormla, Birzebbuga).
  2. L-Inwizizzjoni twaqfet (mill-Isqof, Mill-Papa,mill-Granmastru).
  3. L-Inkwizijjoni twaqfet biex (tghasses, tinkoragixxi) min kien qed ixerred taghlim qarrieqi kontra l-Knisja.
  4. (In-Nobbli , l-Kavallieri) ma kienux jiehdu gost bl-Inkwizitur ghax jindahlilhom fl-affarijiet taghhom.
  5. Kien hemm kazi fejn Inkwizitur ordna li akkuzat jinharaq haj quddiem il-pubbliku. Dan l-aktar li kien jigri kien (f'Malta, fi Spanja). L-Inkwizitur kien jinsab f'kull pajjiz Kattoliku.
  6. (Napuljun, Nelson) kecca l-Inkwizitur minn Malta wara l-wasla tal-Francizi.
  7. Zewg Inkwizituri sahansitra saru (Granmastri, Papiet) Dawn kienu Alessandru VII u Innoċenzu XII.
  8. Jekk taghmel wahda minn dawn stajt tidher quddiem l-Inkwizitur:Tagħlim eretiku ;jigifieri tferrex taghlim li ma jaqbilx mat-tagħlim tal-Knisja, qari ta' kotba pprojbiti , seħer l-aktar min-nisa. Dan juri li bosta Maltin kienu superstizzjuzi u (njoranti, ta'skola kbira) ghax taghlim ftit kien hawn. Juri li dan iz-zmien kien zmien (l-intolleranza, liberta shiha).
  9. L-Inkwizitur gieli qabez ghall-Maltin kontra (l-Isqof, l-Granmastru) meta dan ghamel taxxi horox.
  10. Zmien l-Inkwizizzjoni f'Malta u l-Ewropa juru li kien hawn(intolleranza, liberta,demokrazija)lejn min mhux ta' l-istess opinjoni.

Risposti: Birgu, mill-Papa, tghasses, Kavallieri, fi Spanja, Napuljun, Papiet,l-intolleranza,l-Granmastru, intolleranza.

Friday 18 May 2007

L-Irvell tal-Qassisin u l-Irvell ta' l-Ilsiera.

L-Irvell tal-Qassisin


  1. Dan l-irvell sar fi zmien il-Granmastru (Pinto, Ximenes, Vilhena).
  2. Dan il-Granmastru projbixxa (l-festi, l-kacca) hlief ghall-Kavallieri.
  3. Ir-ribelli riedu li Granmastru (jnaqqas il-prezz tal-hobz, izid il-pagi). Dawn riedu jbezzghu lill-Kavallieri u mhux jiehdu l-pajjiz f'idejhom.
  4. L-irvell tal-qassisin sar fid-9 ta' Settembru 1775. Ir-ribelli ghazlu din id-data ghax il-Kavallieri jkunu ghajjiena wara li celebraw bil-kbir il-(festa ta' l-Imnarja, l-festa tal-Vitorja, l-Indipendenza).
  5. Ir-ribelli attakkaw zewg postijiet: Il-Kavallier jew torri ta' San Gakbu u l-Forti(San Mikiel, Sant'Anglu, Sant Jiermu) fil-Belt.
  6. L-irvell ma rnexxix ghax bastiment Franciz inzerta fil-Port il-Kbir u ta' l-ghajnuna lill-Kavallieri u (ir-ribelli sabu difiza qawwija mill-Kavallieri, il-Maltin ma hargux jappogjaw lir-ribelli).
  7. Il-mexxej tar-rewixxta kien (Dun Gejtan Mannarino,Mikiel Anton Vassalli). Tlieta mir-ribelli qatghulhom rashom. Il-mexxej tar-rewwixta nbat ghomru l-habs.

L-Irvell ta' l-Ilsiera

  1. Il-konfoffa ta' l-Ilsiera saret fi zmien (Perellos, Pinto).
  2. Il-konfoffa kienet pjanata minn (Dragut, Mustafa Paxa).Dan kien ilsier,inheles sar Nisrani u zzeweg wahda Maltija.
  3. L-isiera kellhom joqtlu l-Granmastru, jivvalenaw l-ikel fil-Bereg,jisirqu l-armi, u jsejhu l-flotta Torka biex tidhol fil-Port il-Kbir. Il-kumplott inkixef ghax zewg ilsiera sikru u labalbu zzejjed fil-hanut ta' Guzeppi Cohen (il-Grieg, il-Lhudi) u Cohen mar jghid kollox lil-Granmastru. L-ilsiera arrestawhom u dawn kixfu lil Mustafa bhala l-mexxej tal-konfoffa. l-ilsiera fil-konfoffa nqatlu mill-Kavallieri. 125 ilsier kienu mghallqa. Ghal Mustafa qabzet Franza u nheles billi kien princep.
  4. F'dawn iz-zewg grajjiet il-Maltin kienu (favur, kontra) l-Kavallieri.
  5. Ir-ribelli ghazlu (l-Imnarja, l-Vitorja) id-29 ta'Lulju biex iwettqu r-rewwixta. Dan ghaliex il-Maltin u l-Kavallieri jkunu jiddevertu u jiccelebraw dan il-jum.
  6. Bhala premju Cohen inghata (dar, razzett, hanut) fil-Belt talli kixef il-konfoffa u salva hajjet il-Granmastru.

Risposti: Ximenes, kacca,jnaqqas il-prezz tal-hobz, festa tal-Vitorja, Sant Jiermu,il-Maltin ma hargux jappogjaw lir-ribelli, Dun Gejtan Mannarino.

Pinto, Mustafa Paxa,il-Lhudi,favur,l-Imnarja,dar.

Progetti: l-Akwedott u r-Restawr ta' l-Imdina

L-Akwedott

  1. Kull dar fil-Belt rid ikollha (bejt, bir, gallerija).
  2. Ghall-ewwel l-ilma kien jitwassal il-Belt mill- (Hamrun, Marsa) permezz ta' dghajjes.
  3. L-ghejjun ta' l-ilma kienu jinsabu lejn (ir-Rabat, Marsaxlokk). Ghalhekk kienu l-boghod mill-Belt. Meta zdiedet il-popolazzjoni tal-Belt l-ilma kien sar problema.
  4. Natale (Mesuccio Messina) ma rnexxilux iwettaq il-progett.
  5. Kien il-Granmastru (Garzes, Wignacourt) li wettaq il-progett u wassal l-ilma fil-Belt fil-21 ta' April 1615.
  6. Dan ghamlu permezz ta' (Mini , Akwedott) minn H' Attard sa Santa Venera. Uzaw il-(Pozzolana , Putassa) biex l-ilma ma jifqax id-digi.
  7. L-enginier taljan li hadem fuq il-progett kien Bontadino (Bontadini , Bernardi) u l-imghallem tal-Maltin kien Ganni(Chircop, Attard).
  8. Fuq il-mina ta'l-Akwedott qrib Birkirkara wahhlu l-arma tal-kunjom ta' Wignacourt. Din kienet il-(Fleur de Lys, Tulipana).Dan ghax Wignacourt hallas ghall-progett.

Ir-restawr ta' l-Imdina

  1. Il-Kavallieri abbandunaw l-Imdina ghax marru joqghodu (l-Birgu, Bormla).
  2. Fl-(1565, 1630,1639) ghamel terremot qawwi u ghamel herba mis-swar u l-Katedral fl-Imdina.
  3. Kien il-Granmastru (Perellos, La Valette, De Vilhena) li restawra l-Imdina. Bena bieb principali gdid, il-palazz Magisterjali, it-Torri ta' l-Istandard, u l-Katidral kif ukoll fetah pjazza quddiem il-Katidral.
  4. Il-perit Franciz li ha hsieb ir-restawr kien Francois (Tigne, Mondion).
  5. l-Mghallem tal-haddiema Maltin kien Guzeppi (Cutajar, Cuschieri).
  6. L-Imdina hi wkoll maghrufa bhala (Citta del Mare, Citta Notabile).

Risposti: bir,Marsa, Rabat, Mesuccio,Wignacourt, Akwedott, Pozzolana, Bontadini, Attard, Fleur de Lys.

Birgu,1639,De Vilhena,Mondion, Cuschieri,Citta Notabile.