Thursday, 26 April 2007

Malta qawwa fuq il-bahar: http://schoolnet.gov.mt/history/Form3/QawwaFuqBahar/Tahrig.htm


It-tmexxija ta' Malta fi zmien l-Ordni.
Malta qawwa fuq il-bahar.



  1. Fi zmien l-Ordni Malta kienet titmexxa mill-Granmastru u (ministri, kunsill, kabinett) tieghu, kollha Kavallieri.

  2. Il-qorti fi zmien l-Ordni kienet tissejjah (il-Kastell, il-Kastellanija).

  3. Din kienet tmexxija awtokratika li tfisser tmexxijja (mill-Parlament, minn ftit nies nobbli).

  4. L-ebda (Kavallier, Malti) ma seta' jaghmel parti minn dan il-Kunsill.

  5. Il-Kunsill Popolari tal-Belt u l-Imdina kien maghmul mill-(Kavallieri, Maltin)nobbli.

  6. Dan ma kellu ebda seta' hlief (biex jimporta l-qamh bi prezz baxx, jiddefendi s-swar tal-Belt).

  7. (it-Trattat, it-Tratte)kien ftehim ma' Sqallija biex jimportaw qamh minghajr ma jithallas dazzju lil Sqallija. Ghalhekk il-qamh jinxtara bi prezz baxx.

  8. Meta l-Ordni kien johrog xi ligi jew taxxa gdida, kien jinqara (l-bandu, banda, bandla). B'hekk biss kien jikkomunika mal-Maltin.

  9. (De Rohan, Pinto) gabar il-ligijiet f'Kodici.

  10. L-Ordni kienet izomm flotta zghira (l-Birgu, Bormla, L'Isla) fejn ukoll kien isewwi l-bastimenti tieghu.

  11. Il-qalfat rid( jimla' , jwahhal) il-fili ta' bejn il-planki tal-bastiment bil-qatran u l-istoppa. Dan biex fil-bastiment ma jidholx (rih, ilma).

  12. Wara l-Assedju tal-1565 it-Torok xorta baqghu ta' theddida ghall-Malta. Wahda mill-akbar battalji navali bejn xwieni Nsara u Torok grat fis 7 ta' Ottubru ta' l-1571 (f'Liverpool, f'Livorno, f'Lepanto). L-Ordni bat tlett Galeri mal-qawwa ta' l-Insara.
  13. Il-qawwiet Insara kienu maghmula mill-flottot ta' Venezja, tal-Papa, tal-Ordni u ta'(Spanja, Franza, Lussemburgu).
  14. Fuq ix-xwieni ta' l-Ordni kont issib il-qaddiefa. (il-Buonavoglie, Forzati, l-Ilsiera) kienu jaqdfu ghal somma zghira ta'flus. Ghalhekk kienu trattati ahjar.
  15. (l-Ilsiera, il-Forzati) kienu mibghuta jaqdfu bhala kastig u mhux ghax kienu Musulmani u nqabdu waqt xi battalja fuq il-bahar.
  16. (il-Buttin, Buttuna) kienet taxxa bhad-dwanna fuq il-priza li jaqbdu s-Sibi qabel ibieghuha.
  17. Isem iehor ghall-qaddiefa kien (l-imsehbin, il-fratellanzi, ic-corma)

  18. L-Ordni kienet tuza l-flotta taghha biex (tikkomunika,t'attakka)ma' l-Ewropa.
  19. L-Arkuzin jew Aguzzino kien juza (l-bastun, l-frosta) biex igieghel il-qaddiefa jaqdfu.

Risposti : kunsill, Kastellanija, min ftit nies nobbli, Malti, Maltin, biex jimporta l-qamh bi prezz baxx , it-Tratte,bandu, De Rohan, Birgu, jimla, ilma, f'Lepanto, Spanja, il-Buonavoglie,il-Forzati, Buttin,ic-corma, tikkomunika, l-frosta.

Tuesday, 24 April 2007

Noti ta' revizzjoni 3b

L-Edukazzjoni

  1. Il-Gizwiti kienu (kavallieri, patrijiet) . Is-Socjeta bdiha San Injazju ta' Lojola fi Spanja. Xoghlhom kien li (jghallmu, jiggiedu kontra t-Torok).
  2. F'Malta fethu skola fil-(Belt, Birgu).
  3. L-iskejjel fil-Birgu, l-Imdina u r-Rabat Ghawdex kienu mhallsa (mill-Kavallieri, l-Universita jew Komun Malti).
  4. It-Taghlim jew skola kwazi (ma kienx, kien) jezisti Malta fi zmien l-Ordni hlief ghal dawk li riedu jsiru qassisin, tobba, avukati, nutara u skrivana ta' l-Ordni. It-taghlim kien (bi hlas, bla hlas).
  5. Meta Pinto kecca l-Gizwiti fl-1769, mill-gid li akkwista minn ghand il-Gizwiti hu waqqaf (l-Universita ta' l-istudju, l-Universita ta' l-Imdina).
  6. (Pinto,De Rohan, Lascaris) waqqaf il-Biblioteka pubblika. Hemm insibu l-kotba kollha li kellhom l-Ordni u dokumenti antiki.
  7. (Dun Mikiel Xerri, Mikiel Anton Vassalli) hu meqjus bhala missier il-Malti ghax gabar l-ewwel alfabett Malti u skola ghat-taghlim tal-Malti.

Stil ta' hajja u divertiment.

  1. Il-Fratellanzi kienu ghaqdiet (sekulari, religjuzi). dawn kienu jingabru skond is-sengha. ez. l-mastrudaxxa taht il-protezzjoni ta' (San Guzepp, San Anard).
  2. Passatemp kien il-kacca u (tlielaq tar-roti, tigrijiet tal-bhejjem) fl-Imnarja.
  3. Ghall-Kavallieri festi mortanti kienu (l-Karnival, Sette Gunjo), l-Vitorja u l-Imnarja.
  4. In-nies ghonja u l-Kavallieri kienu jmorru ghar-recti u l-opri (it-teatru l-imwaqqa, it-teatru Manwel) fil-Belt.
  5. Il-Fratellanzi kienu jiehdu hsieb (ix-xoghol, ir-romol u l-iltiema) tal-membri taghhom.

Risposti:3B Edukazzjoni: patrijiet, jghallmu, Belt, L-Universita jew Komun ta' Malta, ma kienx, bi hlas, l-Universita ta' l-Istudju,De Rohan, Mikiel Anton Vassalli. Religjuzi. Stil ta'hajja u divertiment:San Guzepp, tigrijiet tal-bhejjem, il-Karnival,teatru Manwel, ir-romol u l-iltiema.

Noti Revizzjoni 3a

Xoghlijiet u mpjiegi.

  1. Il-Maltin l-aktar li kienu jsibu xoghol kien ma' (l-privat, l-Ordni, ghal rashom).
  2. Il-Kavallieri kienu joffru xoghol fuq il-bini ta' (swar, toroq, lukandi).
  3. Is-Sibi kien serq ta' merkanzija ta' lghadu Tork fuq (il-bahar, l-art).
  4. Ix-xwieni ta' l-Ordni kellhom bzonn qaddiefa, gellieda fuq il-bahar, kaptani, tobba u segretarji. Meta kien ikollhom hafna xoghol u mhux bizzejjed ilsiera kienu jqabbdu (l-Bounavoglie li kienu qaddiefa volontarji bi ftit hlas, is-sajjieda)
  5. L-ghar li kienu stmati kienu (l-ilsiera, Buonavoglie).
  6. Fost is-snajja li llum spiccaw insibu (qalfat, mastrudaxxa, tapizzar). Il-hbula kienu jsiru mill-(kurdara, kanonci, kanuni).
  7. Hafna Maltin kienu jahdmu bhala sajjieda jew (bdiewa, skrivani, ghalliema).
  8. F'Malta kien hawn zewg sptarijiet. Wiehed ir-Rabat, is- Santu Spirtu, immexxi mill-Universita u l-iehor il-Belt tal-Kavallieri msejjah (Is-Sagristija, is-Sagra Infermerija).

Il-qaghda tal-Maltin.

  1. Il-qaghda tal-Maltin kienet tiddependi minn kemm kienu (jgemghu, jonfqu) l-Kavallieri fuq id-difiza ta' Malta.
  2. Il-Kavallieri kienu jintaxxaw lill-Maltin (ghad-difiza, kultura) ta' Malta.
  3. Bosta nisa Maltin kienu jsiru romol ghax zwieghom imutu waqt ( il-bini tas-swar, is-Sibi).
  4. Fi zmien l-Ordni (kien hemm, ma kienx hemm) beneficcju socjali ghar-romol, iltiema dawk li ma jahdmux, pensjonanti.
  5. Il-Monte Della Redenzione kienet tohrog flus biex (thares, tipprotegi, tifdi) l-ilsiera Maltin fl-Afrika ta' fuq.
  6. Il-fqar kienu jirahnu xi bicca deheb (fil-Monte di Pieta, Monte della Redenzione) biex jisselfu b'imghax baxx. Dan biex ma jaqghux vittmi ta' l-uzura.
  7. Il-Legati taz-zwieg kienu jiddotaw lit-tfajliet (fqar, sinjuri).
  8. Il-mara kienet tiehu hsieb (it-tfal, tohrog tahdem) tnaddaf id-dar u tghin fl-ghalqa.

3A: Xoghlijiet u mpjiegi:Ordni, swar, il-bahar, Buonavoglie, ilsiera, qalfat, kurdara,bdiewa,is-Sagra Infermerija.Il-qaghda tal-Maltin :jonfqu, ghad-difiza, is-Sibi, ma kienx hemm,tifdi, fil-Monte di Pieta, fqar, it-tfal.

Monday, 23 April 2007

Revizzjoni 2

Wirt iehor tal-Kavallieri barra l-Belt Valletta.
Aghzel it-tajba.


  1. Meta gew Malta fl-1530, l-Kavallieri marru jghixu (l-Birgu, l'Isla, Bormla) ghax hemm setghu jistkennu x-xwieni taghhom.
  2. Fost bini iehor ta' zmien il-Kavallieri nsibu (tejatru r-Rjal fil-Belt, il-Kastell tal-Verdala u San Anton, it-Torri Mamo).
  3. Is-swar tal Firenzuola jdawwru l-gholja ta'Santa Margerita (fl-Isla, Bormla,l-Birgu). Dawn inbnew fi zmien (La Cassiere, Lascaris, Del Monte).
  4. Il-Kottonera lines idawwru l-bliet tal-Kottonera Bormla, l'Isla, l-Birgu u l-perit taghhom kien l-Konti Valperga. Dawn saru fi zmien (Nikola, Rafel, Pawlu) Cotoner.
  5. Mill-flus li kien idahhlu mit-Teatru Manwel, il-Granmastru Vilhena kien ihallas is-suldati li kienu jaghmlu ghassa fuq il-gzira (Manwel, Kemmuna, Filfla).
  6. Biex jiddefendu l-belt inbnew is-swar tal-(Kottonera, l-Floriana).
  7. Fuq kull naha ta' Sant'Jiermu nsibu l-forti Tigne u l-Forti (Rikasoli, Chambrey).
  8. Biex ihares il-kosta Maltija (Del Monte, Pinto, Wignacourt) bena 5 torrijiet: Tal-Grazzja fix-Xaghjra qrib Haz Zabbar, San Tumas, San Lucjan, Torri Wignacourt f'San Pawl il-Bahar u Santa Marija f'Kemmuna.
  9. De Redin bena 13 -il-torri tal-(ghassa, ghajnuna) madwar il-kosta. Dawn kellhom (2, 4, 6) ghassiesa u 2 kanuni. L-Ghassiesa kienu mhallsa mill-Granmastru.
  10. F'Ghawdex Pinto permezz tal-Kavallier (Charles, Chambrey, Charlemagne) ried jibni belt gdida flok ic-Cittadella fuq l-gholja ta' l-Imgarr.
  11. Il-bini Barokk jingharaf minn hafna (Skultura, sqaqin) u hafna xoghol ta ' l-arti.
  12. Il-Belt inbniet fuq stil(Barokk, Rinaxximentali)
  13. L-ewwel stamperija f'Malta fetaha (De Carlos, Pompeo del Fiore) izda wara hafna indhil mill-Isqof u l-Inkwizitur kellha taghlaq.
  14. Gan Frangisk (Abela, Caruana, Busuttil) kiteb 'Della Descrizione di Malta."Lil dan inqisuh bhala missier l-Istorja ta' Malta.
  15. Il-bini storiku llum hu attrazjoni (turistika, Edukattiva).
  16. Bosta bini antik ghandu bzonn preservazzjoni u (mistrieh, restawr).
  17. Fondazzjoni Wirt Artna u Din l-art helwa huma zewg ghaqdiet (volontarji, mhallsa apposta) biex jiehdu hsieb bini storiku.

Risposti:Birgu, Kastell ta' Verdala,Bormla, Lascaris, Nikola, Manwel, Floriana, Rikasoli, Wignacourt, ghassa, 4,Chambrey, skultura, Pompeo del Fiore,Abela, turistika,restawr,volontarji.

revizjoni 1 Ir-rahal tipiku Malti

http://schoolnet.gov.mt/history/Form3/BlietRhula/ZviluppBliet&Rhula.htm

Aghzel it-tajba:
Ir-rahal tipiku Malti.


  1. L-Imdina, (l-Birgu, Bormla, l-Kalkara)u c-Cittadella f'Ghawdex kellhom xi forma ta swar anke qabel gew il-Kavallieri. L-Imdina u c-Cittadella kienu centri (amministrattivi, lokali,storici).
  2. Waqt attakk mill-furbani , l-Maltin kellhom (jaharbu minn, jistkennu) f'wiehed minn dawn ic-centri. Hekk gara wkoll fl-Assedju tal-1565.
  3. Kont issib (l-parlament, l-kumitat,l-Universita) ta' l-Imdina u tac-Cittadella. Hawn kienu jghixu n-nobbli.
  4. Il-qalba tar-rahal insibu l-misrah, toroq dojoq u (sqallin, sqaqin, bini ta' aktar minn 4 sulari).
  5. Fil-(pjazza, misrah kantunieri) nsibu n-niccec tal-qaddisin.
  6. Rahal qadim ghandu problemi ta' konservazzjoni, traffiku u djar (godda, qodma) u vojta.
  7. L-istatwi u n-nicec juru devozjoni lejn it-twemmin (nisrani, l-arkitettura, l-arti).
  8. Dawn saru wara xi qlugh ta' (hajt, rigal, weghda).
  9. Salib tad-Dejma, il-post fejn kienu jiltaqghu l-Maltin tad-Dejma biex jiehdu l-ordnijiet nistghu nsibuh (Tas-Sliema, z-Zurrieq,l-Belt Valletta).
  10. Xhida iehor ta' twemmin Nisrani huma (l-kappelli, monumenti, gherien) mxerda fil-kampanja xi whud illum abbandunati.
  11. Fil-passat ma kienx hawn magni tal-hasil tal-hwejjeg, allura n-nisa kienu jahslu l-hwejjeg (fl-gherien, fl-ghajn tal-hasselin, f'Ghajn Tuffieha).
  12. F'hafna rhula kont issib (imtiehen tar-rih, imtiehen tal-kafe) biex mill-qamh jaghmlu dqiq ghall-hobz.

Twegibiet: Birgu, amministrattivi, jistkennu, l-Universita, sqaqin, kantunieri, qodma, nisrani,weghda,z-Zurrieq,l-kappelli,fl-ghajn tal-hasselin, imtiehen tar-rih.

Sunday, 22 April 2007

Noti dwar l-Istorja 4


noti dwar l-Istorja 3